U dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar familja li fl-aħħar jiem sofriet danni minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fir-residenza tagħha f’Santa Venera; lokalita li kienet waħda minn dawk l-aktar milquta mill-blackouts li issa daħlu fit-tmien jum tagħhom.
Matul din iż-żjara, Bernard Grech seta’ jisma’ t-tbatijiet li għaddiet minnhom din il-familja, fejn kontinwament qed naraw lill-Gvern ta’ Robert Abela insensittiv u maqtugħ mit-tiġrib tal-poplu.
Għalhekk – stqarr Bernard Grech – jeħtieġ mill-aktar fis li pajjiżna jkollu investiment xieraq fid-distribuzzjoni tal-energija.
Dan sabiex il-falliment ta’ Robert Abela, anke fejn tidħol l-enerġija, ma jibqax ipoġġi aktar piżijiet fuq il-poplu Malti u Għawdxi.
Bernard Grech żied jgħid li Robert Abela ma jistax jibqa’ jaħrab mill-problemi li ħoloq hu stess, u jibqa’ jħalli t-tmun tal-pajjiż waħdu.