F’artiklu ippubblikat mil-Malta Independent, il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella qal li Il-mod kif il-Gvern laqgħa il-mozzjoni għall-inkjesta pubblika dwar il-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia huwa ta’ disprezz kemm lejn l-instituzzjonijiet kif ukoll lejn l-parlament demokratiku.
Wara li l-Membri Parlamentari tal-Gvern ivvutaw kontra l-mozzjoni huma amlu U-turn, azzjoni li turi l-irresposabbilita’ tal-Gvern lejn iċ-cittadini.
Huwa saħħaq li l-inkjesta Pubblika kella ssier fl-istess waqt li kienet għaddeja l-inkjesta maġisterjali. Vella jżied li għalkemm issa il-Prim Ministru għażel li jsejjaħ inkjesta pubblika dan ma jkun iffiser xejn jekk ma titiħidx azzjoni hekk kif tintemm l-inkjesta. Bil-mistoqsija tibqa: Dan il-Gvern għandu l-jett li jwettaq il-bidliet neċċesarji biex ma jintilfux iżjed ħajjiet?
Josef Vella jżied li din l-irresponsabilita’ hija evidenti wkoll fis-sitwazzjoni tas-servizz tal-elettriku, fejn hu jgħid li din is-sitwazzjoni hija inaċċetabli fis-sena 2023. Hu jagħti lista ta’ punti li għandhom jiġu ndirizzati fosthom bidla fl-atteġjament rigward l-infrastrutura, kif ukoll viżjoni long term fl-interess ta’ Malta.
//= $special ?>