Enerġija Lokali

Saviour Balzan jgħid illi l-qtugħ tad-dawl huwa kawża tal-inkompetenza tal-Gvern

"...state openly without any regret that Abela is an ass"

“Il-qtugħ fil-provvista tad-dawl madwar Malta u Għawdex kien kawża tal-inkompetenza politika tal-Gvern.”

Dan intqal f’artiklu ppubblikat fil-gazzetta MaltaToday, mill-fundatur tal-kumpanija Media Today Saviour Balzan… illi irrefera għas-sitwazzjoni li żviluppat fl-Enemalta bħala falliment assolut; kriżi li żviluppat fl-istess jiem tad-diżastru amministrattiv fil-każ ta’ Jean Paul Sofia.

Saviour Balzan qal li jekk din kienet problema dwar id-distrubuzzjoni tal-elettriku, allura suppost li diġa ġiet solvuta. U l-fatt li l-Enemalta u Miriam Dalli qed jgħidu li l-qtugħ ta’ dawl kien kawża tas-sħana tremenda li laqtet lil pajjiżna, huma jrid ikollom id-diċenza jammettu li għamlu żball enormi f’xi punt matul is-snin.

“… If Enemalta or Minister Miriam Dalli blame the excessive heat for this failure, they should have the decency to admit that they fucked up somewhere along the way.”

F’dan l-artiklu ppubblikat il-Ħadd… Saviour Balzan semma wkoll il-kaz ta’ Jean Paul Sofia, fejn Robert Abela ivvota kontra li ssir inkjesta pubblika.

Dan… fi kliem Balzan… juri biċ-ċar l-inkompetenza politika min naħa tal-Gvern ta’ Robert Abela. L-istess bħal fil-kriżi tal-enerġija.

Intant, l-istess Saviour Balzan jagħmel referenza wkoll għall-istħarriġ li ħareġ il-Ħadd fil-MaltaToday.

Dan is-survey wera kemm hemm nies li kienu vvutaw lill-Partit Laburista, u li issa huma diżgustati b’dak li qed jagħmel il-partit li huma taw il-fiduċja kollha tagħhom fih; tant li ammont sostanzjali ta’ persuni sostnew illi wara dak kollu li ġara fl-aħħar ġimgħat ma jerġgħux jivvutaw Labour.

“Never before have I heard so many people saying they would not vote for their party, and state openly without any regret that Abela is an ass not to have agreed to a public inquiry.”