Il-Futsal Malta Association qed tniedi l-Enemed Women’s Futsal League li se jibda jintlagħab fil-bidu tal-istaġun li ġej. Dan hu tragward storiku għal din l-assoċjazzjoni li issa ilha mwaqqfa 12-il sena u li f’dawn l-aħħar snin kompliet taħdem fuq diversi inizjattivi.
Il-President tal-Futsal Malta Association Mark Borg ikkummenta li fl-istaġun li għadda saru numru ta’ festivals għat-tfajliet sabiex jippromwovu l-logħba tal-futsal u issa l-pass naturali kien li jiġi organizzat kampjonat fuq bazi nazzjonali.
Sa issa kien hemm numru ta’ timijiet li applikaw għalkemm l-Futsal Malta Association qed tilqa’ applikazzjonijiet sabiex oħrajn jissieħbu magħha.
Dawk kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lil din l-assoċjazzjoni fuq fma@mfa.com.mt jew mfwassociation@yahoo.com


