Lokali Saħħa

L-għaqda tal-istudenti tal-psikoloġija jikkundannaw l-istat traskurat li jinsab fih l-Isptar Monte Karmeli

L-isptar Monte Karmeli

Betapsi, l-għaqda tal-istudenti tal-psikoloġija, jikkundannaw bil-qawwa l-każ riċenti ta’ traskuraġni fl-Isptar Monte Karmeli. Huma qalu li huwa ta’ tħassib kbir li l-faċilità tal-kura tas-saħħa mentali tal-pajjiż tibqa’ fi stat inaċċettabli biex tittratta l-qtugħ tad-dawl frekwenti.

Billi jassiguraw provvista tal-enerġija mingħajr interruzzjoni hija essenzjali sabiex jiġu ffaċilitati l-kura u t-trattament kontinwi tal-pazjenti, kif ukoll għall-ħaddiema. Is-servizzi tas-saħħa mentali f’Malta ma jirċevux il-livell ta’ rispett u attenzjoni li jixirqilhom.

Sal-lum, l-isptar l-ġdid li kien imwiegħed mill-Ministru għas-Saħħa għad irid isir, u minflok qiegħed iħalli lill-ħaddiema u lill-pazjenti jibqgħu għaddejjin bin-nuqqasijiet li kienu enfasizzati fir-rapport tal-awdituri tal-2018.

Betapsi qalu li dan l-inċident jista iservi bħala tfakkira qawwija tal-bżonn li tingħata prijorità għall0manutenzjoni xierqa tal-infrastruttura, it-tħejjija għall-emerġenzi, u finanzi adegwati għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa. Għandha tittieħed azzjoni malajr u sostenibbli, biex jiġu protett il-pazjenti u jiġi stabbilit ambjent li jwassal għall-għoti ta’ kura ta’ kwalità għolja mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa. Sptar ġdid ilu li ġie fil-bżonn, flimkien ma’ bidla fil-kultura, fejn is-saħħa tingħatat l-importanza li jixirqilha.