Nhar it-Tnejn għall-ħabta ta’ 12pm seħħ inċident tat-traffiku fi’ Triq tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi.
Mis-stħarriġ preliminari ntwera li l-ħabta seħħet bejn Toyota Belta misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Ħamrun, u trakk Isuzu ELF misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħ’Attard. Fil-karozza Toyota Belta kien hemm ukoll żagħżugħa ta’ 14-il sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-mara, li mbad ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
Ir-raġel u t-tfajla ta’ 14-il sena ma sofrewx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>