PSG irċevew offerta uffiċjali straordinarja ta’ €300 miljun mingħand Al Hilal għall-attakkant ta’ 24 sena Kylian Mbappè
S’issa jidher li ma jeżistu l-ebda negozjati bejn il-klabb Sawdi u r-rappreżentanti tal-plejer hekk kif ix-xewqa tiegħu hija li jibqa’ jilgħab fl-Ewropa.
PSG jinsabu kważi ċerti li l-internazzjonali Franċiż għandu ftehim biex jingħaqad ma’ Real Madrid iżda s’issa l-ebda offerta ma waslet mingħand l-14-il darba rebbieaħ tal-UEFA Champions League.
Al Hilal fil-ġimgħat li għaddew akkwistaw numru ta’ plejers ta’ profil għoli bħal Ruben Neves mingħand Wolves, Kalidou Koulibaly mingħand Chelsea u Sergei Milinkovic-Savic mingħand Lazio.