It-Tnejn filgħodu għall-ħabta tas-7am, raġel ta’ 22 sena resienti Ħaż Żabbar weġġa f’inċident tat-traffiku fi’ Triq Patri G A Bonelli fir-Rabat.
Il-ħabta seħħet bejn Toyota Vitz misjuqa mill-vittma, u karozza tal-linja tal-għamla Otokar Vectio misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Tim mediku pprovda l-assistenza lill-vittma, fejn mbad ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>