Futbol Sport

Ser naħdmu biex inġibu l-aqwa riżultat possibbli kontra Dinamo Tbilisi – Luciano Zauri

(Ritratt: Joseph Galea)

“Nirrikonoxxu li ser nilagħbu kontra Dinamo Tbilisi, tim veloċi u organiżżat madankollu ser naħdmu biex inġibu l-aqwa riżultat possibbli fl-ewwel appuntament tagħna magħhom f’Ta Qali.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri waqt konferenza tal-aħbarijiet lejliet l-ewwel partita mit-tieni fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League bejn Ħamrun Spartans u Dinamo Tbilisi.

Il-kowċ Zauri żied jgħid li jemmen fil-potenzjal tant tajjeb li tipposjedi l-iskawdra Ħamruniża.

Fl-istess konferenza stampa tkellem ukoll il-plejer internazzjonali Joseph Mbong li minn naħa tiegħu saħaq kif it-tim qiegħed jipprepara ħafna differenti mil-logħbiet preċedenti.

“Fiduċjużi li ser ikollna partita pożittiva. Inħeġġeġ lill-partitarji Ħamruniżi biex għada jitilgħu Ta’ Qali u jkunu t-tnax -il plejer magħna fil-grawnd,” temm jgħid Joseph Mbong.

Ħamrun Spartans kontra Dinamo Tbilisi tintlagħab għada t-Tlieta fit-8pm fl-Istadium Nazzjonali.

Ritratt ta’ Joseph Galea