Grupp H:
ĠERMANJA…….6
MAROKK………..0
Il-Marokk sabu għadma iebsa fl-ewwel logħba ta’ Grupp H hekk kif fir-Rectangular Stadium f’Melbourne sfaw megħluba 6-0 mill-Ġermanja.
L-ewwel taqsima spiċċat 2-0 favur il-Ġermanja b’doppjetta ta’ Alexandra Popp bl-ewwel gowl jasal fil-11-il minuta minn daqqa ta’ ras wara kross ta’ Kathrin Hendrich filwaqt li l-midfielder ta’ Wolfsburg reġgħet sabet ix-xibka fid-39 minuta meta kompliet ġewwa l-korner ta’ Klara Buhl.
Wara biss 10 sekondi mill-bidu tat-tieni taqsima, Buhl għamlithom tlieta meta wara li Magull laqtet il-lasta, minn rebound il-midfiedler ta’ Bayern Munich sparat minn viċin il-panalty spot, b’Errmichi ma setgħet tagħmel xejn.
Fl-54 minuta wasal ir-raba’ gowl tal-Ġermanja. Kien kross ta’ Huth fil-kaxxa ż-żgħira li kien devjat lura bir-ras minn Nakkach u b’xorti ħażina l-ballun ħabat ma’ saqajn il-Marokkina Hanane Ait El Haj u baqa’ dieħel fix-xibka.
Il-ħames gowl wasal ukoll minn awto gowl fid-79 minuta meta minn azzjoni ta’ korner Zineb Redouani f’tentattiv li ttajjar il-periklu tefgħet fix-xibka tagħha stess.
Il-Ġermaniżi ma kienux kuntenti u saħansitra skorjaw is-sitt gowl fid-90 minuta fejn l-ewwel ix-xutt tas-sostituta Lattwein kien milqugħ parzjalment minn Errmichi u mir-rebound Lea Schuller tefgħet f’lasta vojta għal skor finali ta’ 6-0 favur il-Ġermanja.
//= $special ?>