Grupp G:
ITALJA…………….1
ARĠENTINA…..0
Gowl fl-aħħar ħinijiet tal-partita ta tliet punti lill-Italja kontra l-Arġentina fl-ewwel impenn tagħhom fi Grupp G.
Il-partita kienet waħda missielta bil-logħob ikun maqsum u r-rebħa setgħet marret kull naħa.
Il-gowl tar-rebħa wasal fis-87 minuta permezz tal-attakkanta ta’ Juventus Cristiana Girelli li wara li rċeviet kross preċiż mingħand Lisa Boattin, ukoll ta’ Juventus, b’daqqa ta’ ras qabżet minn fuq Vanina Correa u tefgħet lill-partitarji u sħabha tat-tim f’dellirju ta’ ferħ.
Minkejja l-isforzi tal-Arġenitni biex ifittxu l-gowl tad-draw, wara seba’ minuti ta’ ħin miżjud, Melissa Borjas saffret tmiem il-partita, bl-Azzurre joħorġu rebbieħa u jingħaqdu mal-Iżvezja bi tliet punti.
//= $special ?>