Missier u iben li f’Settembru li għadda kienu għaddejin mis-Swieqi ftit tal-ħin wara li karozza tal-kiri daħlet f’ħajt u ħalliet għal mejjet lil Ben Laferla ta’ 21 sena qalu fil-Qorti kif dak il-lejl semgħu ħafna għajjat u stobju qabel ma ndunaw b’dak li kien għadu kif seħħ. L-inċident kien seħħ fl-24 ta’ Settembru li għadda,
Dan ħareġ meta kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Maxime Asacha Muehlematter ta’ 21 sena li dakinhar kien qed isuq il-karozza u li jinsab akkużat bil-qtil involontarju ta’ Laferla u li kkaġuna ġrieħi gravi lit-tfajla tal-vittma, Ċilena, żagħżugħa ta’ 20 sena.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet lir-raġel jixhed, li qal li joqgħod il-Madliena, u li dakinhar kien qed isuq fi Triq il-Madliena, fejn seħħ l-inċident fatali, għall-ħabta tas-1am. Tenna li kien għaddej mill-post u miegħu kien hemm martu, binhom u żewġ Ingliżi.
Qal li fżħin minnhom ra pari minn bumper u niżel jittawwal. Kien minnufih li sema’ ħafna għajjat u mill-ewwel ċempel għall-ambulanza li qalulu li t-tobba tal-emerġenza kienu diġà jinsabu fi triqithom. Tenna li l-akkużat kien taħt xokk qawwi u li ma qalx kelma filwaqt li tfajla minnhom bdiet tgħajjat biex ma jaħħuhx imut.
Kompla jgħid li l-vittma ma kienx qed jieħu nifs u li b’hekk ipprova jgħinu bis-CPR għax kien għamel kors tal-ewwel għajnuna. Qal ukoll li familtu pprovdiet is-silġ lil waħda mit-tfajliet li weġġgħet spallitha fl-inċident.
Wara li ta d-depożizzjoni tiegħu iben ix-xhud qal li kien jaf kemm lill-vittma kif ukoll lill-akkużat għax ġieli ltaqgħu f’ħanut tax-xorb snin ilu u ġieli ċċettjaw fuq il-meżżi soċjali. Tenna ukoll, li ra persuna li kien joqgħod fl-inħawi li tefa’ mal-ġenb tat-triq b’torch f’idu.
Mis-seduti preċedenti kien ħareġ li l-karozza ma kinitx qed tinstaq mit-tfaja taħt l-eta kif kien ingħad fi stqarrija maħruħa mill-Pulizija, iżda mill-akkużat. Kien irriżulta wkoll li uffiċjal tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Korp tal-Pulizija kienet sabet żewġt ifliexken tax-xorb fil-vettura u li kienu kważi vojta.
L-Ispettur Jean Paul Attard qed imexxi l-prosekuzzjoni. Francois Dalli huwa avukat difensur. L-Avukati Mark Mifsud Cutajar u Maria Azzopardi qed jidhru parte civile.
//= $special ?>