Titnieda d-diska l-ġdida ta’ Kelsey Bellante bl-isem ta’ ‘Heartbeat’.
Kelsey Bellante kisbet sucess fit-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Nistenniek’, li kisbet ukoll post fuq l-istazzjonijiet ewlenin tar-radju lokali; tant li telgħet anke mal-ogħla postijiet fil-klassifika tal-Maltin.
Il-kantanta għanda 23 sena u għanda ġibda lejn il-mużika Pop, dan ħa jkun l-ewwel rilaxx bil-lingwa ingliza wara r-rilaxx ta’ Guilty Love fl-2022. Heartbeat hija kanzunetta bi still pop li tiċċelebra s-saħħa tal-imħabba u s-sinfonija sabiħa ta’ taħbit qalb il-bniedem,miktuba minn Rikki Lee Scicluna u Jacob Critch, bi produzzjoni ta’ Gilkicker Studios.
“Boom Tiki Boom Boom Tiki Boom Boom – that’s the sound that my heartbeat makes” – lirika li toħloq esperjenza memorabbli għas-semmiegħa kollha, tant li tibqa’ tidwi wara li tintemm il-kanzunetta. Jikkumplimenta t-tnehida ta’ din il-kanzunetta huwa filmat bid-direzzjoni ta’ Kurt Cauchi. Miġbud fin-naħa ta’ fuq tal-Gzejjer Maltin, b’aktar minn element wieħed tan-natura, li jipprovdi vjaġġ viżwali lil dawk li jkunu qegħdin isegwu.
“ Ma nistax nistenna sakemm intom taraw il-filmat! Heartbeat hija kanzunetta tassew għal qalbi, u ninsab eċitata ferm li naqsamha magħkom’ tgħid Kelsey Bellante waqt li iżżid li il-ħidma ma’ Rikki, Jacob, Kurt, Matthew u Marc kienet esperjenza li tgħalmet ħafna minnha. “Inħoss li ħloqna xi ħaġa speċjali, tajna l-ħajja lil kanzunetta f’modi li qatt ma ħsibt possibbli. Ma nistax nistenna sakemm intom taraw il-filmat!”
Heartbeat ta’ Kelsey Bellante issa disponnibbli biex tinstema’ jew tinxtara minn fuq il-pjattaformi
diġitali ewlenin inkluż: Spotify, iTunes, Apple Music, YouTube, Google Play u Amazon Music fost l-
oħrajn. Dan kien possibbli grazzi għal CAP-Sounds, kumpanija tad-distribuzzjoni Ġermaniża.