Fost ir-rikoverati hemm żewġ żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena
Żewġ żgħażagħ, ta’ 16 u 17-il sena miż-Żejtun u Birżebbuġa rispettivament, flimkien ukoll ma’ raġel ta’ 54 sena minn Ħad-Dingli, kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li belgħu xi gassijiet li ħarġu minn ġenerator fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1830 tat-Tnejn filgħaxija f’ħanut f’Misraħ il-Bjar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li wara li marret il-provvista tal-elettriku nħareġ generator tad-dawl u allegatament beda ħiereġ xi gass minnu.
Minnufih il-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi ġew imsejħa fil-post bit-3 persuni jittieħdu l-isptar għal assistenza medika.
Filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuni baqgħet ma ġietx iċċertifikata – il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>