It-tellieqa tal-ibburdjar Siracusa – Malta hija l-eqdem tiġrija fil-Mediterran, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana Sezione di Siracusa.
Il-bidu ta’ din it-tellieqa offshore jalterna kull sena fejn din is-sena il-ftuħ seħħ minn Siracusa Il-Flotta, kienet tikkonsisti f’21 jott li kkompetew fil-Klassi ORC u seba’ jottijiet fil-Klassi IRC. Jottijiet Maltin dejjem kisbu suċċess f’din it-tellieqa u din is-sena żewġ dgħajjes Maltin kisbu l-ewwel post kemm fil-klassi ORC kif ukoll fl-IRC. L-ewwel li spiċċa t-tellieqa kien Artie III ta’ Lee Satariano, iżda bir-ratings jidħlu fis-seħħ, il-jott Pep ta’ Mark Camilleri ħareġ rebbieħ tat-tiġrija ta’ madwar 80 mil nawtiku.
Il-Klassi ORC intrebħet mill-jott J99 Calypso. L-ekwipaġġ ta’ Calypso kien magħmull minn Sebastian Ripard u Saul Vassallo. It-tellieqa minn Siracusa ntemmet bl- għoti ta’ premijiet fir-Royal Malta Yacht Club. Preżenti kemm il-Commodore tar-Royal Malta Yacht Club David Cremona, kif ukoll Martin Azzopardi u Luca Lacitginola, membri tat-tim tal-Uffiċjali tat-Tlielaq tal-Club.
//= $special ?>