Enerġija Lokali

IL-KRIŻI NAZZJONALI TAD-DAWL: Il-Kamra tal-Kummerċ issejjaħ laqgħa urġenti tal-MCESD

"Sitwazzjoni li ħalliet pajjiż sħiħ paralizzat"

Fl-aħħar sigħat, il-Kamra tal-Kummerċ talbet biex l-MCESD jitlaqqa’ b’urġenza. Dan wara li l-pajjiż, għad-9 jum konsekuttiv, qed jaffaċja kriżi nazzjonali marbuta mal-provvista tal-elettriku.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet illi tinsab imħassba bil-qtugħ frekwenti fil-provvista tad-dawl; sitwazzjoni li ħalliet pajjiż sħiħ paralizzat.

Iċ-Chamber talbet lic-chairperson tal-MCESD biex isejjaħ laqgħa urġenti għall-membri kollha. Dan għaliex ma jistax ikun li s-sitwazzjoni preżenti tippersisti. “Il-poplu jixraqlu l-aħjar deċiżjonijiet; il-pajjiż jeħtieġ pjan fit-tul”.

Iċ-Chamer insistiet fuq il-Gvern illi l-azzjonijiet iridu jkunu immedjati, qabel ikun tard wisq.