Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela deskritt bhala missier illi naqas lejn uliedu

Il-Gvern immexxi minn Robert Abela naqas milli jifhem li fit-talba tal-familja ta’ Jean Paul Sofia għal Inkjesta Pubblika, l-ewwel obbligu tal-Prim Ministru kellu jkun li jaġixxi bħala missier tajjeb ta’ familja. Din hija l-opinjoni espressa fil-ġurnal Times of Malta minn Aleks Farrugia – attivist Laburista u eks editur
tat-Torca – illi stqasa x’inhu l-użu jew il-valur ta’ missier li ma jistax jipproteġi lill-familja tiegħu, speċjalment dawk li huma l-aktar dgħajfa u vulnerabbli?

Aleks Farrugia insista illi huwa fundamentali li iċ-ċittadin jibqa’ jħoss li l-Istat qed iwettaq dmiru. Tenna li jekk din ir-rabta ta’ fiduċja tinkiser, allura jispiċċa jirrenja l-kaos. Aleks Farrugia sostna illi irrispettivament mit-teknikalitajiet …il-Gvern ta’ Abela kellu l-obbligu mhux biss li jħares iżda li jagħti l-protezzjoni kollha liċ-ċittadini – f’dan il-każ lill-familja ta’ Sofia – u jiggarantixxi l-ġustizzja.

Bl-insistenza tiegħu li jżomm lura milli jsejjaħ inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ ħaddiem żagħżugħ f’sit tal-kostruzzjoni, l-Gvern poġġa lilu nnifsu f’pożizzjoni fejn l-impenn tiegħu lejn il-ħarsien tal-pubbliku, l
iżgurar tal-ġustizzja u l-paċi, ġie mqiegħed fid-dubju….stqarr Farrugia fl-artiklu tieghu.

Dan filwaqt illi insista li l-effetti jmorru lil hinn minn dak li jista’ jitkejjel bħala gwadann jew telf elettorali. Aleks Farrugia mhuwiex l-ewwel attivist tal-Labour li hareg apertament jikkritika lil Abela; hu jingħaqad ma’ nies bħal Desmond Zammit Marmara, Jason Micallef, u ħafna oħrajn illi fl-aħħar ġimgħat kienu kritici
immens lejn in-nuqqas ta’ leadership li qed juri Robert Abela.