Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT…………. 9
SIRENS…………………………………. 6
(1-1), (3-1), (3-2), (2-2)
Sliema Frank Salt kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva u t-tieni waħda kontra Sirens f’dan is-sajf. Is-Slimiżi kellhom il-kontroll kważi tul il-logħba kollha b’Sirens tejbu l-prestazzjoni wara l-wirja diżappuntanti kontra San Ġiljan is-Sibt li għadda.
Andrija Prlainovic poġġa lil Sliema minn fuq sakemm Matthias Azzopardi ġab id-draw minuta. Sirens marru minn fuq għall-unika darba fil-logħba fit-tieni sessjoni iżda Andrija Prlainovic minn man-up u doppjetta ta’ Dmitrii Kholod taw vantaġġ ta’ 4-2 lil Sliema.
Sirens baqgħu qrib l-avversarji fit-tielet sessjoni u wieġbu darbtejn għall-gowls tal-avversarji. Gowl minn man-up ta’ Jamie Gambin kabbar il-vantaġġ għal 7-4.
Doppjetta ta’ Matyas Pasztor ħalliet lil Sirens jittamaw hekk kif naqqas id-distakk għal 8-6 meta kien għad fadal aktar minn nofs sessjoni għat-tmiem. Madankollu ma setgħux inaqqsu aktar id-distakk, b’Liam Galea ssiġilla r-rebħa lejn it-tmiem.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), J. Gambin (1), Z. Mizzi (1), B. Cachia, J. Cutajar, M. Mifsud, J. Brownrigg (1), D. Kholod (2), A. Prlainovic (3), D. Zammit, A. Bugeja, E. Schembri, S. Engerer
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, P. Figlioli, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, M. Chircop, G. Mellilo, M. Cutajar, M. Pasztor (4), M. Sciberras, M. Azzopardi (2), M. Bonello Dupuis, J. Cachia, G. Sammut
Referees: Alessandro Carrer, Alex de Raffaele
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 14
TA’ XBIEX AMIGOS……………….. 9
(5-3), (4-2), (4-1), (0-3)
Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Birżebbuġa Freeport fl-Ewwel Diviżjoni. Huma għelbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex Amigos 14-9 f’logħba li l-iskor finali jagħti bixra ftit differenti ta’ dak li ġara.
Ta’ Xbiex wieġbu tliet darbiet wara gowl tal-avversarji sakemm Birżebbuġa ħadu vantaġġ ta’ 6-3 sa tmiem l-ewwel sessjoni. Sa ftit iktar minn nofs it-tieni sessjoni, il-vantaġġ ta’ Birżebbuġa niżel għal 7-5 sakemm bħalma ġara fis-sessjoni preċedenti skorjaw tliet darbiet konsekuttivi u ħadu vantaġġ ta’ 10-5.
Dan il-mument witta t-triq għar-rebħa, bid-distakk saħansitra kiber għal 14-5 fit-tielet sessjoni. Ta’ Xbiex kienu tal-anqas determinati li jiġux umiljati u skorjaw erbgħa mingħajr risposta bejn l-aħħar tat-tielet sessjoni u fl-aħħar sessjoni.
Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (2), N. Cassar, B. Grech (1), D. Brguljan (5), M. Manara, S. Bezzina, D. Cutajar, B. Erdelyi (3), K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, C.D Borg, J. Sciberras (3), D. Farrugia
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone (3), L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock (1), J. Saliba, K. Milakovic (1), U. Vasic (2), J. Culic, Ż. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (2), K. Agius
Referees: Giuseppe Fusco, Peter Balzan
MARSAXLOKK BROWN’S…. 25
BARRACUDAS…………………….. 13
(6-3), (5-2), (5-4), (9-4)
Marsaxlokk żammew mal-aspettattiva u għelbu lit-tim tal-qiegħ Barracudas. Huma ħadu vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel perjodu tal-ewwel sessjoni u sal-bidu tat-tieni sessjoni kabbruh għal 8-3. Paul Micallef u Aleandro Mifsud naqqsu d-distakk għal tliet gowls iżda tliet gowls fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni għamlu d-distakk ta’ 11-5.
It-tim ta’ Aleksandar Ciric żied il-vantaġġ hekk kif b’żewġ gowls fl-aħħar minuta rebħu wkoll it-tielet sessjoni, f’perjodu li kienu diġà aċċertaw mir-rebħa. Marsaxlokk sabu l-ħin biex iddominaw l-aħħar sessjoni, b’Nikola Moskov jiskorja tripletta fost id-disa’ gowls skorjati minnhom fl-aħħar perjodu.
Marsaxlokk: Mi. Farrugia, J. Borg Tabone (1), B. Zammit, Ma. Farrugia, N. Moskov (8), J. Valletta (2), M. Zammit, M. Aquilina, R. Galea (2), S. Misic (4), E. Bonnici (1), L. Mallia (2), S. Mifsud, A. Cook (5), G. Gatt
Barracudas: I. Schembri, P. Caruana Turner (1), A. Magri, P. Micallef (2), J. Erdogan, R. Sciortino, I. Gusarov (4), R. Latinovic (2), C. Bugeja, S. Apap (1), A. Mifsud (2), T.J. Mifsud (1), M. Borg, T. Perici Ferrante, W. Ruggier
Referees: Alessandro Carrer, Ronnie Spiteri
//= $special ?>