Kmieni dalgħodu l-Isptar Mater Dei kellu jaffaċja mumenti ta’ ansjetà minħabba li l-generators damu biex bdew jaħdmu. Dan wara li anke fl-isptar beda jilgħab il-vultaġġ tad-dawl.
Il-qtugħ jidher li seħħ għall-ħabta tas-1am.
Diversi persuni irrappurtaw kif din is-sitwazzjoni ħolqot tħassib, speċjalment f’xi swali fejn l-istaff kellhom ikomplu jagħtu l-ossiġnu bil-boroż. Sakemm eventwalment, wara madwar tliet kwarti, reġa’ ġie id-dawl.
Rapporti oħra qed jindikaw li xi partijiet spiċċaw fi dlam ċappa.
Fil-każ tal-ITU is-sistema tad-dawl qalbet fuq il-UPS, u kollox baqa’ għaddej kważi normali; għalkemm xi dwal meqjusa bħala “mhux essenzjali” jintfew b’mod awtomatiku sabiex titnaqqas il-load minn fuq il-generator. Kien għalhekk li ċertu kurituri u toilets baqgħu bla dawl.
//= $special ?>