Għaddejjin b’ħidma biex insewwu l-ħsarat f’partijiet tal-Mosta, Naxxar u Ħandaq
Hekk kif issa dħalna fit-tieni ġimgħa ta’ din il-kriżi nazzjonali fil-provvista tal-elettriku fi stqarrija uffiċjali l-kumpanija Enemalta saħqet li għaddejjin b’ħidma kontinwa sabiex isewwu l-ħsarat estensivi f’partijiet tal-Mosta, Naxxar u l-Ħandaq.
Ġie spjegat li f’żoni oħrajn hemm bżonn ta’ tiswijiet oħra tal-cables qabel ma l-konsumaturi jistgħu jerġgħu jitqabbdu mal-grid.
L-Enemalta spjegat li fl-aħħar sena u nofs nediet investiment ta’ €90 miljun u €70 miljun oħrajn mill-Unjoni Ewropea.
L-Enemalta spjegat li l-konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet fil-provvista tal-elettriku għandhom jinfurmaw lill-Enemalta direttament u jirrapurtaw il-ħsara billi jċemplu lit-tim tal-Customer Care talEnemalta fuq 8000 2224 jew billi jċemplu s-Servizz.Gov Helpline 153.
//= $special ?>