Michael Debono Limited, li ilha tirrappreżenta l-marka Toyota f’Malta għal dawn l-aħħar 63 sena, qed tniedi inizjattiva ġdida bit-tema ‘Bring Your Toyota Home’. Kull sid ta’ vettura Toyota jistħoqqlu serħan il-moħħ li jkun jaf li t-Toyota tiegħu, li kienet mixtrija ġdida lokalment jew importata second-hand mill-Ġappun, qed tirċievi l-aqwa servizz ta’ kwalità minn professjonisti li ta` kuljum jaħdmu fuq vetturi ta` din il-marka.
Permezz tal-inizjattiva ‘Bring Your Toyota Home’, is-sidien kollha tal-vetturi Toyota importati mill-Ġappun, bħall-mudelli popolari Vitz, IQ, Ractis, Passo, C-HR, u aktar, qed jiġu offruti pakketti esklussivi għal servizzi ta’ wara l-bejgħ mill-professjonisti tal-kumpanija li jużaw partijiet oriġinali tal-marka Toyota (OEM). Minbarra s-servizz standard, isir kontroll ġenerali tal-vettura b’xejn, u jekk kollox ikun tajjeb, is-sidien jibbenefikaw minn garanzija ta’ sena b’xejn, li tiġi attivata fuq kull servizz annwali sakemm il-karozza tkun ilha 10 snin fit-triq jew tilħaq 160,000km. Il-kumpanija qed tipprovdi wkoll trasport b’xejn mix-showroom tat-Toyota f’Ħaż Żebbuġ għal kull lokalita` f’Malta, u lura lejn ix-showroom ladarba l-karozza tkun lesta biex tinġabar.
F’kumment dwar din l-inizjattiva, is-Senior Operations Manager ta’ Debono, Cristian Attard qal: “F’Michael Debono Limited, dejjem nagħmlu ħilitna biex inwasslu bidla pożittiva fis-settur tal-mobilità li noperaw fih – bil-għan li nħallu marka fuq l-esperjenza ta’ dawk kollha li jinteraġixxu magħna u mal-marka tagħna. L-impenn tagħna għall-eċċellenza jestendi lil hinn mix-xiri ta’ vetturi ġodda, u rridu niżguraw li kull klijent jesperjenza l-kwalità u s-servizz assoċjati mat-Toyota. ‘Bring your Toyota Home’ kienet maħsuba purament f’dan l-ispirtu”.
B’legat li jmur lura iktar minn 60 sena minn mindu l-kumpanija nħatret bħala l-ewwel distributur tat-Toyota fl-Ewropa fl-1960, Michael Debono Ltd dejjem fittxet li tkompli tfassal it-triq ‘il quddiem fis-settur lokali tal-karozzi. L-aħħar inizjattiva tal-kumpanija tagħmel avvanz fis-settur tal-vetturi użati.
‘Bring Your Toyota Home’ hija inizjattiva li tiżgura li l-vetturi Toyota jinżammu fi stat tajjeb daqs meta ġew manifatturati, irrispettivament minn fejn ikunu nxtraw. B’din l-inizjattiva ġdida, Michael Debono Limited qed toffri benefiċċji esklussivi, manutenzjoni eċċezzjonali, u esperjenza bla xkiel għas-sidien kollha ta’ vetturi Toyota użati.
Għal aktar tagħrif żur: https://toyota.com.mt/bring-your-toyota-home-for-car-service/
//= $special ?>