Enerġija Lokali Saħħa

NIŻVELAW: Numru ta’ anzjani jmutu kaġun tas-sħana

Rapporti mhux konfermati jindikaw li kienu għaxra l-persuni li mietu fl-aħħar jiem f’pajjiżna kaġun tas-sħana estrema – partikolarment f’dawn il-jiem, wara li diversi residenzi spiċċaw mingħajr provvista tal-enerġija.

Diversi sorsi spjegaw ma’ Net News illi l-awtoritajiet tal-isptar kellhom jintervjenu f’xejn anqas minn 10 każi ta’ imwiet li rriżultaw mis-sħana ta’ dawn il-ġranet. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn l-imwiet kienu persuni anzjani.

Tobba qalulna li dan il-fenomenu huwa komuni kull sajf għal pajjiżna, iżda din is-sena qed jaraw aktar każijiet mis-soltu – u ferm aktar vittmi mis-sjuf preċedenti. Dan filwaqt illi sorsi oħra ikkonfermaw kif f’xi każi minn dawn, il-qtugħ tad-dawl żgur li affetwa b’mod dirett.

Intant, skont is-sit LovinMalta huma erba’ dawk li mietu kaġun ta’ sħana estrema jew nuqqas ta’ ilma.

Il-Gvern minn naħa tiegħu għadu ma ħareġ ebda stqarrija uffiċjali.