Lokali

Robert Abela abbanduna lill-poplu – PN

Il-Ħadd li għadda, Robert Abela qalilna li mhux kriżi nazzjonali. Robert Abela ma riedx li jiltaqa’ l-Parlament biex jiddiskuti l-blackouts kontinwi.

Rapporti qed jindikaw li matul dan il-lejl, l-isptar Mater Dei għamel 50 minuta bla dawl.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech insista li lil Vitals u lil Steward il-Gvern tal-Labour tahom ‘il fuq minn €400 miljun minn flus il-poplu Malti u Għawdxi, imma dawn ma investew xejn fil-kura tal-poplu.

Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jinsisti kemm kien ikun aħjar kieku dawn il-flus intużaw għal investiment xieraq fid-distribuzzjoni tad-dawl. Kieku l-miljuni li uża l-Gvern Laburista għall-korruzzjoni sar investiment fid-distribuzzjoni tad-dawl, kieku llum mhux insibu problemi fid-distribuzzjoni, biex il-poplu jkollu d-dawl.Fl-istess messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ntqal li Robert Abela falla milli jagħti assigurazzjoni, naqas milli jagħti l-aktar affarjiet bażiċi lill-poplu Malti u Għawdxi. Robert Abela naqas milli jagħti serħan il-moħħ u abbanduna lill-poplu u lill-pajjiż.