Grupp A:
ŻVIZZERA……..0
NORVEĠJA…..0
Wara li kullħadd lagħab żewġ logħbiet fi Grupp A, l-erba’ timijiet għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss wara r-rebħa tal-Filippini konra n-New Zealand u d-draw bejn Żvizzera u n-Norveġja.
Bilanċ assolut bejn dawn iż-żewġ timijiet bl-ewwel ċans jiġi għand in-Norveġiżi fl-24 minuta bil-goalkeeper Żvizzera Gaelle Thalmann twettaq save mill-isbaħ fuq daqqa ta’ ras ta’ Roman Haug.
Risposta mill-Iżvizzeri fil-31 minuta, pass ta’ Sow lejn Crnogorcevic iżda x-xutt tal-attakkanta ta’ Barcelona jgħaddi għoli.
Fit-32 minuta l-cross-shot ta’ Riesen kien għoddu qarraq bil-goalkeeper Norveġiża li kellha ddawwar f’korner.
L-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima waslet min-Norveġja meta x-xutt b’saħħtu ta’ Haug kien milqugħ b’diffikultà minn Thalmann.
Fil-75 minuta Thalmann reġgħet kienet l-eroj tal-Iżvizzeri f’żewġ tentattivi meta l-ewwel laqgħet parzjalment ix-xutt ta’ Caroline Hansen biex imbgħad dawwret f’korner ix-xutt ta’ Frida Mannum.
//= $special ?>