Grupp H:
KOLOMBJA…………2
KOREA T’ISFEL…..0
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima taw rebħa lil Kolombja kontra l-Korea t’Isfel, biex issa l-Kolombjani għamlu pass importanti għall-kwalifikazzjoni mal-aħħar 16.
Il-Kolombja fetħu l-iskor man-nofs siegħa logħob minn penalty, wara li x-xutt ta’ Manuela Vanegas ħabat ma’ idejn Seo-Yeon Shim bir-referee mill-ewwel tagħti il-penalty. Mill-11-il metru kienet Catalina Usme li bil-kalma kollha tefgħet il-ballun naħa u lill-goalkeeper in-naħa l-oħra.
Disa’ minuti wara wasal it-tieni gowl għall-Kolombja. Kienet ħarba veloċi minn nofs il-ground ta’ Linda Caicedo li malli waslet f’tarf il-kaxxa l-kbira, il-plejer ta’ Real Madrid provat xutt li kien ċentrali u li deher faċli, iżda l-ballun ħarab minn idejn Young-Geul Yoon u baqa’ dieħel fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0 favur it-tim immexxi minn Angelo Marsiglia
//= $special ?>