Kim Camilleri Lagana tikseb it-tieni post
Wara s-suċċessi fil-Kampjonati taż-żgħażagħ tal-Commonwealth, Rylee Borg u Kim Camilleri Lagana ikkompetew fil-Kompetizzjoni Promozzjonali tal-Weightlifting fil-mument li f’Maribor fis-Slovenja ingħata bidu għall-Festival Olimpiku għaż-Żgħażagħ Ewropej magħruf bħala EYOF.
F’din il-kompetizzjoni kull lifter kien intitolat li jkollu biss żewġ refgħat. It-tieni post għal Kim Camilleri Lagana’ fejn minkejja li kienet l-iżgħar weightlifter kisbet total ta’ 210 punti.
Il-kompetizzjoni intrebħet minn Chiara Reljac tal-Kroazja.
Rylee Borg fil-kategorija tiegħu temm fit-tielet post b’total ta’ 303 punti. Huwa temm wara Janez Paternoster tas-Slovenja u Gabor Bunasz tal-Ungerija.
Il-kontinġent Malti kien immexxi mill-ufficjali u kowċis tal-Federazzjoni Matthew Camilleri u Rodmar Pulis.
//= $special ?>