Roberta Cutajar rebħet il-Kampjonat Nazzjonali tan-nisa organizzat mill-Malta Blackball Federation. Cutajar kienet konsistenti matul il-kampjonat kollu fejn rebħet 15 minn 16-il konfront u spiċċat darba fi draw filwaqt li fil-klassifika kellha vantaġġ ta’ għaxar punti fuq it-tieni plejer .
Fl-aħħar ġurnata ta’ logħob, Cutajar kisbet żewġ rebħiet identiċi ta’ 6-0 kontra Triziane Farrugia u Marie Claire Dimech.
Fit-tieni post tal-klassifika spiċċat Donna Bugeja li fl-aħħar partita tagħha għelbet lil Lorna Micallef 6-2. Sadanittant Caroline Grech temmet l-impenji tagħha fit-tielet post, punt wara Bugeja hekk kif rebħet żewġ partiti , 6-3 kontra Vanessa Tedesco u 6-1 kontra Triziane Farrugia.
F’logħba oħra li ntlgħabet mill-aħħar ġurnata tal-Kampjonat, Alexia Cassano temmet fir-raba’ post wara li rebħet il-partita kontra Marie Claire Dimech 6-0.
//= $special ?>