L-Air Malta kellha tikkanċella diversi titjiriet minħabba xi limitazzjonijiet li ġew imposti mill-ajruport ta’ Catania. It-titjiriet li ġew ikkanċellati huma:
- 26th July KM642 minn Malta għal Catania li kienet ser titlaq fl-22:00
- 26th July KM643 minn Catania għal Malta li kienet ser titlaq fil-23:25
- 27th July KM644 minn Malta għal Catania li kienet ser titlaq fis-13:35
- 27th July KM645 minn Catania għal Malta li kienet ser titlaq fit-15:00
- 27th July KM642 minn Malta għal Catania li kienet ser titlaq fl-22:00
- 27th July KM643 minn Catania għal Malta li kienet ser titlaq fil-23:25
- 28th July KM644 minn Malta għal Catania li kienet ser titlaq fis-13:15
- 28th July KM645 minn Catania għal Malta li kienet ser titlaq fis-14:40
- 29th July KM644 minn Malta għal Catania li kienet ser titlaq fit-15:05
- 29th July KM645 minn Catania għal Malta li kienet ser titlaq fl-16:30
- 31st July KM644 minn Malta għal Catania li kienet ser titlaq fit-15:35
- 31st July KM645 minn Catania għal Malta li kienet ser titlaq fil-17:00
Din hija sitwazzjoni kontinwa, li ser tiġi aġġornata b’aktar informazzjoni mal-ħin.
Dawk il-passiġġieri li jixtiequ jerġgħu jibbukkjaw il-biljetti tagħhom għal titjira oħra, data oħra jew ibiddlu d-destinazzjoni, jistgħu jikkuntattjaw lill-Call Centre tal-Air Malta fuq 21662211, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sat-20:00, u s-Sibt u l-Ħadd mit-08:00 sas-18:00.
Il-passiġġieri li bbukkjaw it-titjira tagħhom direttament permezz tal-Air Malta u jixtiequ jagħżlu
rifużjoni monetarja, huma mitluba jibagħtu email lil refundrequest@airmalta.com. Jekk it-titjira kienet ibbukkjata permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar, il-passiġġieri jistgħu jikkuntattjaw lill-aġenzija tal-ivvjaġġar stess u jitolbuhom jissottomettu talba għal rifużjoni f’isimhom.
L-Air Malta tiskuża ruħha għal din l-inkonvenjenza li hi lil hinn mill-kontroll tagħha.
//= $special ?>