Il-Polonja kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva f’Pool A tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey meta għelbu lil Malta 6-0.
Minkejja t-telfa, il-Maltin lagħbu tajjeb u kien biss fl-aħħar quarter li l-Pollakki serrħu rashom mit-tliet punti finali. L-istess Pollakki kienu ġejjin minn rebħa kbira ta’ 23-0 kontra s-Serbja.
Fl-ewwel quarter, il-Polonja marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz ta’ Eryk Bembenek sabiex fit-tieni quarter, huma rduppjaw l-iskor minn Jacek Kurowsky.
Fit-tielet quarter, il-Maltin baqgħu jiddefendu tajjeb għalkemm Mateusz Nowakowski irnexxielu jiskorja t-tielet gowl.
Fir-raba’ quarter, bil-Polonja fuq l-offensiva kien mill-ġdid Erik Bembenek li kompla jiddomina meta skorja żewġ gowls oħra b’Robert Pawlak jissiġġilla r-rebħa finali ta’ 6-0 fejn din kienet it-tieni telfa għal Malta wara li sfat megħluba 3-2 minn Ġibiltà.
Mill-istess grupp, il-Kroazja għelbet lis-Serbja 7-0 filwaqt li Ġibiltà kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva bl- iskor ta’ 7-2 kontra l-Litwanja.
//= $special ?>