Lokali

“Il-Gvern għandu jisma’ l-karba tal-poplu” – l-editorjal tat-Times of Malta

Il-mudell ekonomiku li imbotta il-Labour kien wieħed ibażżat fuq l-importazzjoni ta’ ħaddiema bl-addoċċ…bil-kwalita tal-ħajja tieħu daqqa ‘l isfel f’dawn l-aħħar 10 snin.

Iżda quddiem din ir-realtà…. Robert Abela qed jibqa’ jinjora t-twissijiet biex ibiddel ir-rotta…u jwarrab dan il-mudell ekonomiku li mhuwiex sostenibli.

Dan intqal mill-editur tat-Times of Malta, fejn fil-ħarġa tal-Erbgħa jirreferi għat-tħassib espress mill-Kamra tal-Kummerċ dwar in-nuqqas ta’ viżjoni fit-tul minn naħa tal-Gvern – bl-editorjal jinsisti illi pajjiżna beda t-triq għan-niżla.

It-Times tgħid illi l-kollass diżastruz marbut mas-sitwazzjoni tad-dawl huwa eżempju ċar ta’ nuqqas ta’ pjanar biex in-negozji u l-familji jkollhom provista sigura ta’ enerġija.

L-editorjal ifakkar li l-indusrtija tat-turiżmu hija waħda ibażżata fuq ħaddiema barranin, li illum aktar minn qatt qabel hija niċċa li mhix sostenibli. Il-kliem fieragħ, li jipromovi turiżmu tal-għola livell, ma jiswa xejn meta qedgħin ngħixu f’ambjent inferjuri.

Fl-aħħar jiem, il-Kamra tal-Kummerċ qalet ukoll li tkabbir ekonomiku ibbażżat fuq żieda fil-popolazzjoni, minflokk tkabbir ibażżat fuq produzzjoni aħjar huwa riċetta għal falliment totali. Bil-Gvern ta’ Robert Abela jagħżel li jinjora dawn ir-rimarki tal-Korpi Kostitwiti.

Fost affarijiet oħra il-Gvern injora li jindiriza s-sitwazzjoni medijokra fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kriżi tat-traffiku, il-kwistjoni ta’ bini li qed ifaqqas kulimkien, kif ukoll servizzi pubbliċi li qed jitfarku sforz in-nuqqas ta’ ppjanar.

It-Times tisħaq illi l-Gvern – jekk verament jemmen fid-demokrazzija – għandu jibda jisma il-karba tal-poplu Malti u jinvesti fi tkabbri ekonomiku li jkun rifless fil-kwalita’ tal-ħajja tas-soċjeta’ kollha.