Il-Ministru Russu għad-Difiża, Sergei Shoigu, jinsab fil-Korea ta’ Fuq, bħala l-kap ta’ delegazzjoni mir-Russja, biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoniijet tas-70 anniversarju tat-tmiem tal-Gwerra tal-Korea. Dan meta mistennija jsiru s-soltu parati militari kbar fi Pyongyang, organizzati mir-reġim Korean komunista ta’ Kim Jong-un.
‘Il quddiem għandha tasal anki delegazzjoni miċ-Ċina – b’ dawn ikunu l-ewwel żjarat minn delegazzjonijiet barranin mindu l-Korea ta’ Fuq, fl-2020, għalqet il-fruntieri bħala parti minn politika biex ‘tevita l-firxa tal-Covid-19’.
Għalkemm mhux ċar hekk il-Korea ta’ Fuq hix taħseb biex tibdel il-politika li tirrigwarda l-fruntieri, l-osservaturi ma jeskludux li – minbarra l-aspett ċerimonjali tal-anniversarju – il-pajjiż komunista u s-sieħba politiċi bħar-Russja u ċ-Ċina qegħdin ‘jaħsbu biex jikkonsolidaw’ l-Alleanza kontra l-Punent, bl-inklużjoni potenzjali tal-Iran li qed jissupplixxi d-drones lir-Russja għall-attakki kontinwi fuq l-ibliet tal-Ukrajna.
Iċ-Ċina u r-Russja ilhom is-snin alleati ‘naturali’ tal-Korea ta’ . bit-tliet pajjiżi qed jixprunaw ‘politika kollettiva ta’ antagoniżmu’ fir-rigward tal-Istati Uniti. Fil-fatt, l-Istati Uniti akkużat lill-Korea ta’ Fuq b’li qed tipprovdi l-għajnuna militari lir-Russja li qed tintuża waqt il-gwerra tal-Ukrajna – b’Moska u Pyongyang qegħdin jiċħdu li dan hu minnu.
//= $special ?>