Lokali

EDITORJAL: Il-Ministru Julia Farrugia qatt ma kellha tgħid dak il-kliem

L-editorjal ta’ The Malta Independent, bl-isem ‘Read a book, she told us’, jinsisti illi l-kummenti ta’ Julia Farrugia Portelli qatt ma misshom intqalu.

Il-Ministru Farrugia Portelli tqis il-qari bħala l-aħħar haġa li persuna għandha tagħmel meta ma jkunx hemm affarijiet oħra x’tagħmel.

Il-kummenti tagħha kienu insulenti għall-aktar minn raġuni waħda. Il-kummenti tagħha urew nuqqas ta’ sensitivita’ lejn in-numru kbir ta’ nies li għamlu ħinijiet twal mingħajr dawl, f’ħinijiet fejn kellhom bżonn l-arja kundizzjonata kif ukoll il-fanijiet. Kienu insulent wkoll għall dawk li kellhom jarmu l-ikel li kellhom fil-fridges u l-freezer u lis-sidien ta’ restoranti li kellhom jibqgħu magħluqa. Dan kollu jiriżżulta fi flus mormija u investimenti mitlufa.

It-tieni insulent kien lejn il-qari innifsu, il-kumment tagħha jimplika li l-qari huwa xi ħaġa li persuna tagħmel meta tkun iddisprata bla dawl, minflokk xi ħaġa pjaċevoli li tgħina nkunu kreattivi.

Il-qari jistimula il-moħħ u għalhekk għandu jkun xi ħaġa li nippromwovu u mhux xi ħaġa li għandna naghmlu meta ma jkollnix għażla oħra.

The Malta Inidependent tgħid li kemm il-darba issuġeriet biex ikun hemm aktar sforz biex nippromovu il-qari speċjalment fiż-żgħażagħ, u għalhekk huma ħa jagħmlu li jistgħu biex jikkoreġu l-ħsara li l-kummenti tal-Ministru setgħu għamlu.