Lokali

Ir-residenza San Vinċenz tibqa’ bla provvista tal-ħalib

Dalgħodu, ir-residenti f’San Vincenz de Paul baqgħu bla ħalib. Dan minħabba l-problemi serji li esperjenzaw il-produtturi tal-ħalib lokali minħabba l-qtugħ fil-provvista tad-dawl.

Net News jista’ jikkonferma li f’San Vincenz, sal-10am, kien għadu ma wasalx il-ħalib li ta’ kuljum jingħata lill-anzjani.

Issoltu, il-provvista tal-ħalib f’din ir-residenza tasal għall-ħabta tas-7am.