Internazzjonali

Is-sħana estrema tħalli vittmi madwar il-Mediterran

Kawża tat-temperatura li qabżet l-40 grad celcius, bosta pajjiżi fil-Mediterran qiegħdin jiġu maħkuma minn nirien qawwija tant li n-nies evakwaw r-residenzi tagħhom.

20,000 persuna kienu kostretti jħallu r-residenza tagħhom f’Rodi u f’Korfu, hekk kif ħakmithom biża’ kbira minħabba li ma ħassewhomx siguri – għalkemm l-awtoritajiet mexxew operazzjoni estentiva biex jitfu n-nirien.

Fil-gżira ta’ Elvia, żewġ membri tat-tifi tan-nar tilfu ħajjithom waqt li kienu qed iwettqu ħidma ta’ salvataġġ.

Il-Prim Ministru Grieg stqarr li l-kawża tan-nirien hija marbuta mat-tibdil fil-klima, kaġun ta’ deċiżjonijiet globali li m’humiex favur l-ambjent.

Anke Franza u l-Kroazja kienu milquta mill-istess sitwazzjoni, kawża ta’ żdieda fit-temperatura – bi Franza tgħodda b’waħda minħabba li n-nirien kienu rrappurtati qrib l-ajruport internazzjonali ta’ Nizza. U allura evitaw li jingħalaq il-mitjar.

Minn naħa l-oħra, kawża tal-heatwave, 34 persuna mietu fl-Alġerija, filwaqt li tlieta mietu fin-naħa t’isfel ta’ Sqallija.