Net News jinsab infurmat illi l-Qorti tal-familja fil-Belt Valletta, kif ukoll il-Qorti tal-Imħallfin fil-binja ta’ Saint Thomas Moore jinsabu mingħajr arja kkundizzjonata. Dan wara li fl-aħħar jiem, ġew milquta mill-qtuħ fil-provvista tal-elettriku, u kaġun ta’ dan ġiet ikkawwżata ħsara kbira fis-sistema.
Il-ħaddiema li tkellmu ma dan l-istazzjon esprimew rabja kbira għall-fatt illi mhux tali jinsabu mingħajr sistema ta’ arja kkundizzjonata, talli ma ġewx pprovduti b’fanijiet sabiex jikkumbattu ftit mas-sħana u t-temperaturi għoljijn li laqtu pajjiżna fl-aħħar jiem.
//= $special ?>