Ir-rapport tal-Inkjesta Maġisterjali dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia jikkonferma l-importanza u l-ħtieġa li ssir inkjesta pubblika biex issir magħrufa l-verità kollha u ssir ġustizzja sħiħa dwar il-każ tal-mewta traġika taż-żgħażugħ Jean Paul Sofia.
Fir-rapport tagħha l-Maġistrat Marseann Farrugia (paġna 78) tgħid b’mod ċar u tond li l-inkjesta maġisterjali ma’ kelliex u lanqas legalment seta’ jkollha direttament l-iskop li teżamina jekk kinx hemm ukoll nuqqasijiet amministrattivi u/jew leġislattivi. Il-Maġistrat Marseann Farrugia sostniet ukoll li l-provi miġbura minnha jindikaw nuqqasijiet istituzzjonali, fis-sistema u anke leġislattivi u li dawn in-nuqqasijiet jistgħu jiffurmaw il-mertu ta’ investigazzjonijiet oħra mill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi.
Għalhekk ir-rapport ippubblikat mill-Gvern igiddeb lil Robert Abela li għamel xhur sħaħ jargumenta kontra u jwaqqaf milli ssir inkjesta pubblika u spiċċa ġiegħel lill-Membri Parlamentari tiegħu jivvutaw kontriha fil-Parlament.
//= $special ?>