Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 17
MARSASKALA ESC…………….. 9
(5-1), (3-2), (4-3), (5-3)
Wara r-rebħa dominanti kontra Valletta fl-aħħar ħarġa, Neptunes Videoslots ma sabux diffikultà biex għelbu lil Marsaskala ESC. Konfront li Neptunes bdew tajjeb mill-bidu u qatt ma tilfu l-vantaġġ li kienu kisbu.
Jake Muscat spikka bi tripletta fl-ewwel sessjoni u wara li l-iskor sar 7-1 fit-tieni sessjoni, Marsaskala naqqsu d-distakk għal 8-3. Sa dan il-mument, il-kowċ ta’ Neptunes Dorian Pisani kien diġà qed jagħmel ir-rotazzjoni fit-tim.
Marsaskala naqqsu d-distakk għal 9-5 fit-tielet sessjoni iżda reazzjoni immedjata ta’ Neptunes b’gowls ta’ Alec Fenech u Filip Filipovic reġgħet żammet is-sitt gowls distakk. Neptunes komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni b’vantaġġi ta’ 14-6 u 17-8 rispettivament, b’Manzi għal Marsaskala jnaqqas id-distakk finali lejn it-tmiem.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (3), S. Gialanze, G. Pace, M. Castillo (1), J. Bajada (1), S. Camilleri (4), J. Camilleri, A. Ivovic (3), F. Filipovic (4), A. Fenech (1), E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja, A. Fava
Marsaskala: A. Muscat, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, E. Manzi (5), K. Navarro, D. Tully (1), D. Pace Lupi, G. Sammut (1), J. Ciantar, M. Carani (1), J. Micallef, T. Sedlmayerm (1), F. Scardino
Referees: Alessandro Carrer, Stefan Licari
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 22
VALLETTA IZIBET……………….. 14
(8-0), (6-3), (4-6), (4-5)
Logħba faċli għal San Ġiljan JP Projects hekk kif irreġistraw rebħa oħra. Għal Valletta din kienet it-tieni logħba konsekuttiva li ġew dominati u r-riżultat finali setgħet kien ferm ikbar kieku San Ġiljan ma naqqsux ir-ritmu.
Il-Ġiljaniżi prattikament għamlu ċert mir-rebħa fl-ewwel sessjoni bi tmien gowls mingħajr risposta fosthom doppjetti ta’ Aaron Younger u Darren Zammit. Wara li Jake Bonavia għamilhom 9-0 fit-tieni sessjoni, Valletta naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Stephen Micallef, għalkemm San Ġiljan baqgħu jkabbru l-vantaġġ gradwalment.
Tul l-aħħar żewġ sessjonijiet, il-kowċ ta’ San Ġiljan Zeljko Kovacic saħansitra ħalla bilqiegħda liż-żewġ barranin Maro Jokovic u Aaron Younger. Valletta ħadu l-opportunità biex għamlu l-iskor ftit rispettabbli u rnexxielhom jirbħu t-tielet sessjoni.
F’mument waqt l-aħħar sessjoni, ir-riżultat sar 18-13 konsegwenza ta’ erba’ gowls minn Valletta. San Ġiljan reġgħu kabbru l-vantaġġ bi tliet gowls konsekuttivi. Lejn it-tmiem sodisfazzjon għall-gowlkiper Jake Tanti li wara time-out imsejjaħ 11-il sekonda mit-tmiem, tela’ fl-attakk u niżżel ismu fost l-iskorers.
San Ġiljan: J. Tanti (1), N. Bugelli (2), A. Galea (1), B. Plumpton (4), M. Jokovic, M. Zammit (3), J. Bonavia (2), A. Younger (2), J. Abela (1), N. Zammit (2), D. Zammit (2), R. Caruana (2), G. Borg, G. Bonavia, K. Calleja
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (1), J. Cassar, S. Busuttil (1), A. Vlahovic (2), D. Paolella, I. Nagaev (6), S. Micallef (2), A. Agius, K. Borg (1), K. Cremona (1), A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop
Referees: Giuseppe Fusco, Massimo Angileri
EXILES WELBEE’S……….. 12
OTTERS NIVEA……………… 9
(1-4), (6-2), (3-2), (2-1)
Exiles Welbee’s komplew jinqatgħu mait-tlieta ta’ taħthom b’rebħa importanti kontra Otters Nivea. Logħba li setgħet marret kull naħa, b’Otters naqsu li jibnu fuq il-vantaġġ bikri li kellhom.
Otters kellhom vantaġġ ta’ 4-1 fl-ewwel sessjoni wara tripletta ta’ Marko Jelaca u gowl ta’ Mark Meli. Madankollu dan il-vantaġġ sparixxa sa nofs it-tieni sessjoni hekk kif Exiles dawru r-riżultat u marru 5-4 minn fuq.
Huma baqgħu jżommu gowl vantaġġ sal-bidu tat-tielet sessjoni. Otters baqgħu qrib l-avversarji iżda qatt ma reġgħu ħadu l-vantaġġ li kienu kisbu fl-ewwel sessjoni. Exiles kabbru d-distakk għal 12-8 fl-aħħar sessjoni, b’Otters ma rnexxielhomx jikkonvertu l-okkażjonijiet li kellhom biex jibqgħu qrib l-avversarji.
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, V. Gallo (4), G. Molina (1), A. Farrugia, M. Fenech (1), K. Griscti (2), N. Paris (1), M. Martellacci (2), M. Aquilina (1), N. Saliba, F. Buhagiar, M. Paris Roding, L. Pursehouse
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Saliba, D. Dimech, M. Meli (5), M. Jelaca (3), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, J. Saric (1), M. Farrugia, A. Dimech, M. Grech, K. Micallef, A. Bianchi
Referees: Giuseppe Fusco, Neville Mercieca
//= $special ?>