Lokali

‘NETLIVE’ fost il-programmi favoriti…aktar minn ‘Pjazza’

Is-survey ippublikat din il-ġimgħa mill-Awtorita tax-Xandir jikkonferma il-qabża ‘l fuq li rreġistra Net TV fl-aħħar xhur – partikolarment fejn jidħol aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti.

Fil-fatt, l-aqwa udjenzi ta’ Net News laħqu total ta’ 83,000 persuna. Bil-programmi NETLIVE u Opinjoni ukoll jiġbdu udjenzi kbar.

Il-programm tal-Ġimgħa filgħaxija Opinjoni – preżentat minn Dione Borg – laħaq udjenzi ta’ 42,000, filwaqt li NETLIVE kellu medja ta’ 30,000.

Meta l-Awtorita tax-Xandir saqsiet liema hu l-aktar programm favorit, l-ewwel programm ta’ Net TV illi issemma’ kien NETLIVE illi mar saħansitra aħjar minn Pjazza tas-Super One. NETLIVE jiklassifika wkoll mal-ewwel għaxar programmi fost in-nies li jsegwu t-televiżjoni bil-catch-up jew on demand.

Profili ukoll mar tajjeb ħafna b’udjenzi ta’ 28,000 filwaqt li Tlaqna laħħaq udjenzi ta’ 23,000.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ drama, suċċess kbir għal Żernieq, illi laħqet udjenzi ta’ 56,000 persuna.

Fejn jidħol sports, mill-ġdid suċċess tat-tim ta’ Replay – bil-programm Replay Live Score iġib udjenzi ta’ 25,000 persuna.

L-istess stharrig wera li anke Net FM kompla saħħaħ l-udjenzi. Bi programmi bħall-breakfast show Bongu Net u Club 101 jiġbdu ammont tajjeb ħafna ta’ semmiegħa.

Popolari wkoll il-programmi Brunch, Good Vibrations, il-programm ta’ diskussjoni Feedback, il-programm Marci u Bandalori u anke Issues li jixxandar is-Sibt filghodu.

F’dan l-istħarriġ uffiċjali, Net FM tela’ mis-seba’ post għar-raba’ post u b’dan ir-riżultat, qabeż stazzjonijiet kompetituri bħal Bay u Vibe FM.