Ekonomija Enerġija Lokali

NIŻVELAW: Tissejjaħ laqgħa urġenti tal-MCESD għal nhar il-Ġimgħa

Nhar il-Ġimgħa li ġej se jkun qed jitlaqqa’ b’mod urġenti l-Kunsill Malti għall-Iżviulupp Ekonomiku u Soċjali li jiġbor fih il-unions u l-Korpi Kostitwiti ewlenin f’pajjiżna. Dan wara sejħa li saret mill-Kamra tal-Kummerċ, sabiex b’mod immedjat tiġi indirizzata l-kriżi nazzjonali tad-dawl.

Net News jista’ jikkonferma li d-data ġiet deċiża u li l-laqgħa qed titqies bħala waħda ferm importanti għall-membri kollha tal-MCESD – fl-ambitu tas-sitwazzjoni straordinarja li qed jaffaċjaw bosta negozji kif ukoll eluf ta’ familji.