Minflok offra soluzzjonijiet konkreti għan-nies li ilhom ġranet sħaħ ibatu kaġun tal-qtuħ fil-provvista tal-elettriku, Robert Abela infexx jattakka b’mod partiġġjan lill-Partit Nazzjonalista.
F’intervista li saritlu fuq l-istazzjon tar-radju Laburista, il-Prim Ministru nnifsu ammetta li kienu ilhom jafu bil-problemi fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku żmien twil …. iżda l-Gvern baqa’ jkaxkar saqajh u ma indirizzax dawn il-problemi b’mod immedjat.
Kaġun ta’ dan, eluf ta’ Maltin u Għawdxin fl-aħħar jiem spiċċaw mingħajr dawl u saħansittra uħud minnhom mingħajr ilma – kriżi nazzjonali li issa daħlet fl-għaxar jum tagħha. Iżda meta Abela kien mistoqsi jekk hux se jsejjaħ emerġenza nazzjonali, il-Prim Ministru reġa’ injora kompletament din is-sejħa tal-PN.
Fid-diskors tieghu, Robert Abela prova jxejjen dak li qed jesperjenzaw in-nies bħalissa billi stqarr li hu ilu tliet snin jaffaċja sfidi.
Fl-istess diskors Robert Abela spiċċa jfaħħar l-investiment tal-interconnector u ammetta li imnala kien dan il-proġett, għaliex kieku ma kienx għall-interconnector, kieku pajjiżna ma’ kienx ilaħħaq mad-domanda tal-elettriku.
U quddiem din il-kriżi tad-dawl, il-Gvern qed jibqa’ jwaħħal fis-sħana u fit-temperatura tat-tarmac;b’Robert Abela jinfexx jiftaħar bil-wegħdiet tal-Labour – meta is-sistema, falliet kompletament.
//= $special ?>