Robert Abela iwaħħal fit-tibdil fil-klima għall-qtugħ tad-dawl filwaqt li jammetti li kienu jafu li hemm problema
Wara li 10 snin ilu Miriam Dalli kienet qaltilna li “power cuts will be a thing of the past”, f’intervista li ta Robert Abela iktar kmieni llum fuq l-istazzjon tar-radju Laburista, huwa reġa’ prova jaħrab mir-responsabbilità tiegħu u ta’ Miriam Dalli għall-qtugħ li qed jesperjenzaw il-poplu Malti u Għawdxi. Dan minkejja li qal li kienu jafu bil-problemi li hemm.
Filwaqt li huwa important li nindirizzaw it-tibdil fil-kliema u infatti kienet wara mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista li l-Parlament iddikjara emerġenza fil-klima fl-2019, Robert Abela għandu jagħraf in-nuqqasijiet tiegħu u ta’ sħabu sabiex ikunu jistgħu jindirizzawhom immedjatament. Dan għaliex l-eluf ta’ nies li għall-aħħar 9 t’ijiem ma kellhomx dawl f’xi mument jew ieħor għandhom dritt għal serħan il-moħħ u normalità.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut u Eve Borg Bonello.
//= $special ?>