Lokali

Servizz ġdid biex jgħin lill-vittmi ta’ vjolenza domestika

Fi żmien qasir se jiġi introdott mekkaniżmu ġdid sabiex tiġi miġġielda l-pjaga tal-vjolenza domestika.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Parlament, fejn ġie spjegat li permezz ta’ dan is-servizz li jinvolvi riċerka, persuna li tkun qiegħda tiltaqa’ ma’ persuna oħra bil-ħsieb li tibni relazzjoni b’saħħitha magħha, tkun tista’ tivverifika li hi ma’ ġietx misjuba ħatja – fis-snin preċedenti – ta’ vjolenza domestika.

Il-Victim Support Agency li se tkun inkarigata minn dan is-servizz se tkun tista’ twettaq dawn il-verifiċi wara li tiġi preżentata xi forma ta’ evidenza li turi li ż-żewġ persuni qiegħdin jiffrekwentaw lil xulxin.

L-evidenza tista’ tinvolvi messaġġi li jkunu qiegħdin jintbagħtu bejn il-koppja.

Is-servizz jista’ jiġi miksub mill-uffiċċju tal-Victim Support Agency fil-Belt Valletta jew minn hubs li hawn imferxin f’Malta u Għawdex.

In-numru għal iktar informazzjoni fuq dan is-servizz huwa 116 006.