Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Il-Ġappun viċin kwalifikazzjoni mal-aħħar sittax b’rebħa fuq il-Costa Rica

Grupp C:

ĠAPPUN………..2

COSTA RICA……0

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima f’temp ta’ żewġ minuti kienu biżżejjed għal Ġappun biex jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva fi Grupp C u viċin kwalifikazzjoni għar-round li jmiss.


Fil-25 minuta minn azzjoni ta’ Mina Tanaka kienet Hikaru Naomoto li għelbet lil Daniela Solera Vega. Ebda reazzjoni minn Costa Rica bil-Ġappun tapprofitta u żewġ minuti wara minn azzjoni oħra ta’ Tanaka kienet Aoba Fujino li mill-ġdid għelbet lil Vega għal 2- 0, riżultat li biħ intemmet ukoll il-partita.