Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Il-Kanada jdawru telfa f’rebħa u jeliminaw lill-Irlanda

Grupp B:

KANADA…..2
IRLANDA…..1

Wara li sofrew gowl kmieni fil-partita, il-Kanada rnexxielhom jiskorjaw darbtejn biex kisbu tliet punti importanti, b’dan ir-riżultat kien ifisser ukoll l-eliminazzjoni tal-Irlanda.

Kienet l-attakkanta ta’ Arsenal Katie McCabe li poggiet lill-Irlanda minn fuq wara biss erba’ minuti iżda awto gowl ta’ Megan Connolly rega’ għamel l-iskor indaqs fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima.

Bil-logħob ikun maqsum tul it-tieni taqsima, Adriana Leon fit-53 minuta skorjat il-gowl li bih tat rebħa importanti għall-kwalifikazzjoni tal-Kanada.