Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Spanja jingħaqdu mal-Ġappun u jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss

(Ritratt: EPA)

Grupp C:

SPANJA……5

ŻAMBJA…..0

Rebħa li permezz tagħha Spanja żammet il-pass mal-Ġappun għal kwalifikazzjoni mill-grupp. Kif kien mistenni Spanja ftit tħabtet biex għelbet liż-Żambja bl-iskor ta’ 5-0.

Wara biss 9 minuti minn pass ta’ Jennifer Hermoso Fuentes kienet Teresa Abilleira Duenas li għelbet lil Eunice Sakala biex fetħet l-iskor. Spanja rduppjaw fit-13-il minuta meta minn azzjoni ta’ Alexia Putellas kienet Jennifer Fuentes li mill-ġdid għelbet lil Sakala.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess u fit-68 minuta l-iskor sar 3-0 b’azzjoni bejn is-sostituti. Eva Maria Navarro lejn Alba Maria Redondo Ferrer li għelbet lil Eunice Sakala u għalqet prattikament il-partita.

Fl-74 minuta kienet mill-ġdid Jennifer Fuentes li kompliet tkabbar l-iskor għal Spanja. Il-ħames gowl wasal minn azzjoni oħra ta’ Navarro lejn Alba Maria Ferrer li għamlet l-iskor finali 5-0 favur l-Ispanjoni li flimkien mal-Ġappun issa jagħmluha għall-fażi li jmiss.