Neman Grodno……………………..2
Balzan………………………………………0
NEMAN GRODNO K. Rudzenok; S. Karpovich, I. Sadaunichy, Y. Parkhlomenko, Y. Pantia, R. Paparyha (A. Vasilyev 77′), A. Sukurov, M. Kozlov (A. Legchilin 84′), O. Evdokimov (M. Yablonski 74′), P. Savitski (A. Yakimov 77′), Y. Zubovich (M. Krautsou 85′).
BALZAN D. Golovic; I. Bozovic, M. Raso, N. Braunovic, S. Arab, R. Michibuchi (T. Caruana 59′), P. Fenech (M. Grima 89′), J. Grech, N. Zerjal (A. Andrejic 46′), P. Olawale (M. Aguek 71′), A. Torres.
Referee Ivar Kristjansson
Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżejjed biex taw rebħa ta’ 2-0 lil Neman Grodno fuq Balzan fl-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League.
Bl-iskwadra mill-Belarus tkun kemm xejn aħjar minn Balzan fl-ewwel taqsima fejn ħolqu l-aktar ammont ta’ ċansijiet ta’ skor Balzan resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ fit-38 minuta meta minn freekick ta’ Angel Torres kien imdawwar f’corner b’diffikultà minn Konstantin Rudzenok.
Neman fetħu l-iskor fl-54 minuta meta wara li Pavel Savitski ra t-tentattiv tiegħu blukkat, l-istess player mir-rebound xeħet wara l-goalkeeper ta’ Balzan. Neman skorjaw it-tieni gowl u dak li għalaq il-partita fil-85 minuta permezz ta’ Sergei Karpovich.
//= $special ?>