F’Fukuoka fil-Ġappun fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm, record tad-dinja fil-200 metru freestyle minn Mollie O’Callaghan tal-Awstralja.
O’Callaghan għamlet id-distanza f’minuta, 52.85 sekondi sabiex kisret ir-record ta’ Federica Pellegrini tal-Italja li kien ilu mill-2009 fejn dakinhar Pellegrini għamlet minuta 52.98 sekondi.
Fit-tieni post temmet Arianne Tatmus tal-Awstralja b’minuta, 53.01 sekondi.
Tatmus rebbieħa Olimpika fil-200 metru u 400 metru freestyle, jumejn ilu kisret ir-record dinji tal-400 metru.
Fit-tielet post temmet Summer McIntosh tal-Kanada b’distakk ta’ 64 ta’ sekonda minn Tatmus.
//= $special ?>