GŻIRA UNITED……2
DUDELANGE………0
Gżira U: D.Cassar, M.Dias, F.Romero, Thiaguinho, C.Chaba, B.Borg, Z.Scerri, A.Borg, Macula, J.Mendoza, Wilkson ( R.G Essaka 78′)
Dudelange: D.Desprez, K.Delorge (S.Altun 90′), V.Decker, J.Diouf, S.Ouassiero (F.Bojic 69′), O.van Lingen, B.Freire, E.Agovic (Y.Schaus 82′), D.Kuete Nsidjine, Y.Roemer, S.Hadji (H.Moussaki 82′)
Skorjaw: Macula 54′, Z.Scerri 79′ (G)
Imwissija: J.Mendoza 76′, I.Ellul 80′, Macula 87′ (G), Y.Romer 15′, J.Diouf 90′ (D)
Tkeċċa: Y.Roemar 60′ (D)
Referee: Tomas Kilma
Fis-Centenary Stadium, Gżira United kisbu rebħa prestiġjuża kontra Dudelange fl-ewwel leg tat-Tieni Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League.
Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, il-Maroons fetħu l-iskor fl-54 minuta minn ħarba mpressjonanti ta’ Macula li malli wasal f’tarf il-kaxxa prova xutt li għeleb lil Desprez.
It-tim mil-Lussemburgu ħa daqqa ta’ ħarta sitt minuti wara hekk kif Roemer dabbar it-tieni karta safra u ħalla lit-tim tiegħu b’għaxra minn nies.
Gżira approfittaw mir-raġel żejjed u ħadu l-kontroll tal-partita biex fid-79 minuta minn kross ta’ Espindola, il-captain Zack Scerri b’xutt mill-ewwel għamel gowl tal-istampi fir-rokna tax-xibka.
Gżira kkontrollaw il-kumplament tal-logħba u ddefendew tajjeb il-vantaġġ doppju sat-tmiem, biex issa l-ġimgħa d-dieħla jmorru l-Lussemburgu f’pożizzjoni tajba bit-tama li jiksbu riżultat pożittiv u jagħmluha għat-tielet round.

Azzjoni mill-partita (Ritratt: Trevor Sollars)

Azzjoni ta’ Zack Scerri fit-tieni taqsima (Ritratt: Trevor Sollars)

Il-gowl ta’ Macula li fetaħ l-iskor għal Gżira (Ritratt: Trevor Sollars)
//= $special ?>