Reazzjoni pożittiva fir-raba’ quarter għenet lil Malta biex tikseb draw ta’ 2-2 kontra l-Litwanja fit-tielet logħba tal-kampjonat Ewropew tal-Hockey li qed isir fil-Polonja wara telfiet ta’ 3-2 kontra Ġibiltà u 6 -0 kontra l-Polonja.
Il-Maltin kienu fi żvantagg ta’ 2-0 sa tmiem it-tielet quarter, iżda reazzjoni mill-aqwa tagħthom l-ewwel punt tagħhom wara żewġ telfiet fil-partiti tal-ftuħ.
L-ewwel tliet quarters kienu ferm pożittiv għal-Litwanja li kienet 2-0 fil-vantaġġ b-gowls ta’ Rafal Stankevic u Matvidas Pocevicius.
Il-kowċ Malti Chris Attard baqa’ jħeġġeġ lill-plejers tiegħu jagħmlu aktar sforz sabiex jirkupraw il-partita u wara li tentattiv ta’ Thomas Degiovanni ġie salvat mill-gowlkiper avversarju, wasal il-mument pożittiv għal Malta li skorjat żewġ gowls permezz ta’ Tom Degiovanni u Zack Degiovanni
Malta tilgħab ir-raba’ partita tagħha kontra l-Kroazja għada.
//= $special ?>