Lokali

“Il-pajjiż għandu problema enormi”

Dan li qed naraw jiġri huwa inkwetanti u straordinarju.. – donnu li qed jiġri huwa li proprju ma jafux x’qed jiġri!”

Dan qalu il-Professur Andrew Azzopardi meta stqarr illi l-inkwiet kbir tiegħu u ta’ kull ċittadin mhux biss li mar id-dawl f’dis sħana għal sigħat twal …iżda li donnu ma jafux kif se jsolvu din il-problema.

Andrew Azzopardi semma’ kif anke il-pazjenti fl-isptar Monte Carmeli, li diġa għandhom ħafna problemi x’jikkumbattu, spiċċaw fid-dlam u fis-sħana. Semma’ wkoll l-istat tal-biża’ fl-isptar Mater Dei fejn mar id-dawl għal madwar 50 minuta.

Il-Professur Azzopardi insista illi huwa d-dmir tagħna bħala ċittadini li nitkellmu….għaliex din mhix issue partiġġjana, imma hija problema enormi ta’ governanza serja.

“Din mhix issue tan-Nazzjonalisti jew Laburisti, tal-ADPD, jew ta’ xi partit ieħor..il-problema hija li dal-pajjiż għandu problema enormi ta’ governanza.. – u ara xi jkollok..nies iffrustrati, nies irrabjati, nies għajjenin.”

Hu saħaq għal darba darbtejn li aħna bħala ċittadini ta’ dan il-pajjiż, għandna d-dritt ngħixu ta’ nies…għax inħallsu t-taxxi, nippruvaw nagħmlu x-xogħolna, nieħdu ħsieb il-familja, u nġorru r-responsabbiltajiet. Bil-Professur Azzopardi jgħid illi kif nħorru aħna ċeru responsabbiltajiet, għandu jħorrhom ħaddieħor.

Fuq kollox, hu appella lill-Gvern biex ma jaħlix aktar ħin fuq ritratti fit-trinek…għaliex il-poplu għandu d-dritt jgħix kwalita’ ta’ ħajja tajba u xierqa.

Xammru l-kmiem u jekk jogħġobkom solvu il-problema.”